![]() |
|
|
Il-Chorus Excelsior ta' Ħal Luqa twaqqaf uffiċjalment fid-29 ta' Ġunju 1965 minn Mons Innoċenz Borg (dak iż-żmien kappillan). Il-kor hu awtonomu iżda rabat lilu nnifsu f'kuntratt Statutorju sabiex jagħti s-sehem tiegħu fis-servizzi Liturġiċi li jsiru fil-Knisja Parrokkjali.
|
|
|
|
Minn meta twaqqaf il-Chorus Excelsior sa llum ħa sehem f'kull xorta ta'
programmi, mal-baned tar-raħal tagħna f'kant AD UNUR Sant'Andrija,
f'servizzi mitluba mill-parruċċani, individwi u anke għaqdiet
oħrajn sew fir-raħal u sew f'irħula u bliet oħrajn. Ħa
sehem ukoll fi knejjes, fit-Teatru Manoel u fl-Istitut Kattoliku, fuq il-Fosos fiż-żewġ miġjiet tal-mibki Papa
Ġwanni Pawlu II, f'lukandi u f'diversi postijiet oħrajn madwar
Malta. Uħud minn dawn il-programmi saru quddiem kull tip ta'
udjenzi, fosthom Kapijiet ta' Stat u tal-Knisja u personalitajiet
distinti kemm lokali u anke barranin. Chorus Excelsior hu magħruf
bħala l-kor ta' Ħal Luqa. Dan deher u semma' leħnu f'diversi
programmi fuq it-televiżjoni u fuq ir-radjijiet. Fl-ewwel għaxar snin bejn l-1965 u l-1975, il-Kor kellu fit-tmexxija lil Mro. Professur Charles Zammit. Wara daħal fil-kariga Mro. Angelo Pace li dam imexxi lill-Kor sena u tliet xhur, bejn nofs Ottubru ta' l-1975 u nofs Jannar ta' l-1977. Minn dak inhar sa nofs Marzu, il-Kor ġie mmexxi bl-għajnuna tal-pjanista li kellu dak iż-żmien, is-Sinjura Marlyn Magrin. Fit-18 ta' Marzu 1977 il-kunċerti bdew jitmexxew minn Mro. Alfred Dimech li kien is-surmast li għoġbu jissostitwixxi lis-Surmast Pace. Mro Alfred Dimech kien l-aktar surmast li mexxa il-Chorus Excelsior. Huwa dam imexxieh 27 sena u nofs, bejn Marzu ta' l-1977 u l-bidu ta' Ottubru 2004. Bħala Ħal Luqin inħossuna wisq kburin b'dan il-Kor li għandu storja li mhux biss tagħmel unur lir-raħal tagħna iżda lil Malta wkoll. Fost il-ħafna attivitajiet li l-Kor organizza matul dawn l-40 sena, kien hemm żewġ festivals kbar tal-kant b'kompetizzjoni miftuħa għal diversi kategorji ta' kantanti minn madwar Malta u Għawdex, drammi, żfin u divertiment ieħor fuq il-palk tat-Teatru Parrokkjali, serati ta' kant u Akkademji Mużikali f'okkażjonijiet u anniversarji. Dan il-Kor stabbilixxa relazzjoni ma' tliet korijiet Ġermaniżi li ġew fostna u li minnhom tgħallimna ħafna u bqajna nikbru fil-kwalita'. Chorus Excelsior Illum Il-kant korali tagħna huwa ta' natura reliġjuża, popolari u folkloristika. Inkantaw b'erba' vuċijiet, bi tlieta, bi tnejn u anke unisonu, kemm bil-Latin, bil-Malti u anke b'lingwi oħrajn, fosthom l-Ingliż u t-Taljan. Sabiex il-kor ikompli miexi fil-futur u bl-istess suċċessi li kellu matul dawn l-40 sena u sabiex ikompli jkabbar il-kultura fir-raħal tagħna hu importanti li dejjem iżid fin-numru ta' koristi. Fil-Kor għandna kemm xebbiet u ġuvintur u anke rġiel u nisa miżżewġa. Jista' jkun membru kull min jagħlaq is-16-il sena. Il-Kunċerti jsiru fiċ-Ċentru Parrokkjali ta' Ħal Luqa kull nhar ta' Erbgħa u nhar ta' Ġimgħa bejn is-7:00pm u t-8:30pm. Membru jista' jagħżel li jiġi wieħed mill-kunċerti. Matul is-sajf xorta nibqgħu niltaqgħu u dan jgħin sabiex studenti li jħobbu l-kant u l-mużika, waqt il-vaganzi jistgħu jieħdu l-opportunita' li jesperjenzaw is-sbuħija tal-Kant Korali. Minbarra x-xogħol li semmejna, il-Kor jorganizza diversi attivitajiet matul is-sena kollha sabiex il-membri , familjari, ħbieb u mistiedna oħra jiddevertu flimkien f'ħargiet soċjali u kulturali, mixjiet, ikliet u f'laqgħat soċjali u rikrejattivi. Illum il-ġurnata,il-Kor qiegħed taħt direzzjoni ġdida u żagħżugħa ta' Mro. Norbert Camilleri ALCM, LVCM, A.(Mus) L.C.M., L.(Mus) L.C.M. Huwa qed jieħu dan l-impenn bl-akbar serjeta' u jaspira li fil-ġejjieni il-Kor ikompli jissaħħaħ billi jikber fin-numru tal-membri u biex b'hekk ikompli jsaħħaħ il-fama kbira li dejjem kellu. Il-kumitat ukoll qed iħares lejn il-futur b'tama u b'fiduċja kemm fis-surmast, fil-koristi preżenti u fil-Ħalluqin li jkunu jixtiequ jew jitħajru jingħaqdu fil-Kor. Sabiex infakkru l-40 sena minn meta
l-Kor kanta għall-ewwel darba f'Lejlet il-Milied ta' l-1965, għażilna
t-30 ta' Novembru 2005, il-festa Liturgika tal-Padrun tagħna
Sant'Andrija, meta l-Kor kanta għall-ewwel darba l-Quddiesa il-ġdida
tas-Surmast żagħżugħ tagħna Mro. Norbert Camilleri. Din
il-Quddiesa hija ddedikata lill-Appostlu Sant'Andrija. Għal dan
il-għan ġiet mgħammda bl-isem:
|
|
|
|
|
Dħul | Membri | Album tar-ritratti | Storja | Servizzi | Ikkuntatjana | |
|
|
Disinn u amministrazzjoni tas-sit : Rose-Anne Camilleri |
|
|
© Chorus Excelsior Luqa 2008 |
|